|
Huwa l-pjaċir tagħna nilqgħuk f’dan is-sit tal-Kunsill tal-Qrendi.
Forsi inti resident tal-lokal tagħna li qed tfittex xi għajnuna jew informazzjoni peress li m’intix f’pożizzjoni jew ma għandekx il-ħin biex tmur l-uffiċċju tal-Kunsill; jew int student/a li qed tfittex informazzjoni fuq ir-raħal tagħna.
Forsi inti għandek interess li żżur uħud mill-postijiet ta’ intress li għandna fil-konfini tagħna bħal: it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra, l-għerien tal-Ħnejja jew kif inhuma magħrufa ma ħafna-il-Blue Grotto u Wied iż-Żurrieq jew il-Fondoq tal-Maqluba, Torrijiet Storiċi jew il-Knisja Parrokkjali fiċ-ċentru tar-raħal, jew forsi iżjed minn hekk.
Tista' inti xi ħadd minn ulied il-Qrendi li madwar in-nofs tas-seklu li għadda emigrajt lejn l-Awstralja, l-Kanada, ir-Renju Unit jew xi art oħra. Tista inti t-tieni u anke t-tielet ġenerazzjoni ta’ dawk li emigraw. Int min int nilqgħuk u nagħtuk merħba u nħossuna kburin u kuntenti li dħalt fis-sit tagħna.
Jekk din hija l-ewwel darba li sirt taf bil-Qrendi, dan huwa raħal li fih tgħammar popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 2500. Għalkemm żgħir fin-numru tar-residenti, l-Qrendi huwa rikk u sinjur fl-istorja u kultura ta’ pajjiżna speċjalment f’dawk li huma tempji pre-istoriċi uniċi li nbnew 5000 sena ilu.
Nisperaw u nemmnu li s-sit tagħna huwa ta' interess u għajnuna għalikom u fl-istess waqt iżomkom aġġornati f’dawk l-inizjattivi li l-Kunsill Lokali tal-Qrendi jkun qed iwettaq minn żmien għal żmien għall-ġid u favur il-lokalita’.
|