1. Fejn jinsab il-Qrendi
2. X’inhu l-oriġini ta’ Qrendi
3. Għaliex Qrendi
4. X'inhuwa l-Kunsill Lokali Qrendi
1. Fejn jinsab il-Qrendi?
Il-Qrendi huwa raħal fin-nofsinhar ta’ Malta li huwa mdawwar fin-naħa ta’ fuq tiegħu bir-raħal ta’ l-Imqabba, fil-lvant biż-Żurrieq u fuq il-punent tiegħu bis-Siġġiewi. Il-Qrendi huwa madwar 11-il kilometru l-bogħod mill-Belt Valletta u erba’ kilometri fin-naħa t’isfel tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-popolazzjoni hija ftit iżjed minn 2500. In-naħiet ta’ isfel tar-raħal hija għelieqi agrikoli u art mogħxa li jwasslu għat-Tempji famużi u importanti ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra kif ukoll għal Wied iż-Żurrieq u l-Blue Grotto li lkoll huma parti mill-konfini tal-Qrendi.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
2. X’inhu l-oriġini ta’ Qrendi?
Sa minn żmien il-qedem il-Qrendi kien ċentru ta’ komunitajiet ta’ nies li abitaw il-Gzejjer Maltin. L-ewwel nies li għexu fil-madwar tal-qrendi jwassluna għal 3800 sena Qabel Kristu – magħmul bħala iż-żmien tat-Tempji. Warajhom ġew il-Feniċi fi Żmien il-Bronż (2500Q.K.). Għalkemm il-Qrendi ma ġiex magħruf fl-istorja miktuba qabel il-bidu tas-seklu ħmistax, in-nies kienu jgħixu fih ħafna u ħafna snin qabel.
Fil-limiti tal-Qrendi insibu t-Tempji ta’ Ħaġar qim u l-Mnajdra mibnija eluf ta’ snin ilu li huma magħrufa mad-dinja kollha. Wara n-nies tat-Tempji dawn inbidlu bil-Feniċi, Kartaġiniżi, r-rumani u l-Biżantini.
Fil-konfini tal-qrendi instabu oqbra, katakombi u fdalijiet arkeoloġiki li jikkonfrmaw l-abitazzjoni eluf ta’ snin ilu.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
3. Għaliex Qrendi?
L-isem Qrendi probabilment għandu l-għeruq tiegħu mill- kelma Għarbija ‘Kebir’ li wara l-wasla tan-Normanni minn sqallija inbidlet fil-‘Grandi – Crendi’ li mbagħad saret Qrendi. Il-motto tar-raħal hija Tyrium Dirutas Servo Moles li tfisser Inħares il-Bini tal-Feniċi.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
4. X’inhuwa l-Kunsill Lokali Qrendi?
Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi huwa kompost minn Sindku, Viċi Sindku u tliet Kunsilliera lkoll eletti mill-poplu fl-elezzjoni li ssir kull tliet snin fix-xahar ta’ Marzu.
Il-Kunsill huwa l-Gvern Lokali responsabbli għaż-żamma u l-manutenzjoni, tiswijiet u ndafa tat-toroq urbani u mhux urbani tal-lokal, tal-ġonna pubbliċi, bankini, tabelli u sinjali tat-traffiku etċ.
L-uffiċċji tal-Kunsill jinsabu f’numru 7, Triq il-Knisja u huma mmexxija minn Segretarju Eżekuttiv u Uffiċċjal Eżekuttiv.
Lura l'fuq
----------------------------------------------------------------------- |